Il-formaldehyde huwa sustanza sensittizzanti li tista’ tikkawża rispons tas-sistema immunitarja minn espożizzjoni inizjali.
L-espożizzjoni akuta hija rritanti ħafna għall-għajnejn, l-imnieħer u l-gerżuma u tista’ ġġiegħel lil xi ħadd espost biex jisgħol u jħarħar. Espożizzjoni sussegwenti tista’ tikkawża reazzjonijiet allerġiċi severi tal-ġilda, l-għajnejn u s-sitema respiratorja u tista’ tikkawża problemi respiratorji li jixbħu l-ażma u rritazzjoni tal-ġilda bħal dermatite u ħakk. Il-formaldehyde huwa kklassifikat bħala karċinoġenu fi Grupp 1 mill- Aġenzija Internazzjonali għar-Riċerka fuq il-Kanċer (IARC), jiġifieri huwa karċinoġenu għall- bnedmin (kanċer tal-imnieħer).
Fejn jinsabu r-riskji
L-espożizzjoni għall-formaldehyde iseħħ fl-industrija tal-kura tas-saħħa, kmamar mortwarji, tat-tessuti u tal-karta. Il-ħaddiema jistgħu jiġbdu l-formaldehyde bħala gass jew fwar man-nifs, jew jassorbuh minn ġol-ġilda bħala likwidu. Jistgħu jiġu esposti waqt it-trattament tat-tessuti u l-produzzjoni ta’ resins. Minbarra l-professjonisti tal-kura tas-saħħa u tekniċi tal-laboratorji mediċi, gruppi f’riskju potenzjalment għoli jinkludu ħaddiema tal-kmamar mortwarji kif ukoll għalliema u studenti li jittrattaw kampjuni bijoloġiċi preservati bil-formaldehyde jew il-formalina.
Iktar informazzjoni
Il-formaldehyde huwa gass bla kulur, li jinxtamm qawwi ħafna, ta’ spiss misjub f’soluzzjonijiet mal-ilma. Użat komunement bħala preservattiv fil-laboratorji mediċi u l-kmamar mortwarji, il-formaldehyde jinsab ukoll f’ħafna prodotti bħal kimiċi, particle boards, prodotti tad-dar, kolla, drappijiet ippressati, kisi tal-prodotti tal-karta, fiberboards u plywood. Jintuża wkoll bħala funguċida industrijali, ġermiċida u diżinfettant.
Kif tista’ tkun affettwat
Inalazzjoni fit-tul tal-formaldehyde tista’ twassal għal sintomi bħal uġigħ fil-grieżem, sogħla, ħakk fl-għajnejn u li wieħed jinfaraġ. Xi nies huma iktar sensittivi minn oħrajn, għalhekk espożizzjoni li ma tikkawża l-ebda problema għal xi nies tista’ tagħmel lil nies oħra morda jew skomdi.
Formaldehyde huwa magħruf li jikkawża l-kanċer. Aktar ma tkun għolja u fit-tul l-espożizzjoni, iktar ikun hemm iċ-ċans li jkollok kanċer (kanċer tal-imnieħer u l-gerżuma). L-espożizzjoni għal formaldehyde f’livelli meqjusa baxxi biex jikkawżaw sintomi, xorta jżidu ċ-ċans li wieħed joħroġlu l-kanċer.
Il-perjodu latenti bejn l-espożizzjoni u l-ħruġ tal-kanċer tal-imnieħer relatat mal-formaldehyde jvarja sew, minn sentejn għal xi tipi akuti ta’ kanċer, sa 15-il sena.
X’tista’ tagħmel
Kejjel l-espożizzjoni kif suppost sabiex ikun magħruf meta għandhom jittieħdu l-azzjonijiet. Informa lill-ħaddiema dwar ir-riskji u l-miżuri preventivi.
L-aħjar soluzzjoni hija li tiġi kkontrollata l-espożizzjoni permezz ta’ modifikazzjoni tad-disinn u l-inġinerija, bħall- installazzjoni ta’ local exhaust ventilation. Sabiex jiġi evitat ir-rilaxx tal-prodott fil-post tax-xogħol, jista’ jkun meħtieġ li jintużaw miżuri ta’ kontroll stretti bħalma huwa l-għeluq tal-proċess. Immarka t-taħlitiet jew is-soluzzjonijiet kollha magħmulin minn formaldehyde ta’ persentaġġ għoli. Tagħmir protettiv personali, bħal apparat respiratorju, huwa soluzzjoni għal żmien qasir biex titnaqqas l-espożizzjoni u għandu jintuża biss bħala l-aħħar għażla.
Valur(i) Limitu
EU directive (unless specified otherwise below)
0,37 mg/m³
0,63 mg/m³ until 11.07.2024 in health care sectors
Read directive 2019/983/EU here
Country | National limit value | National reference | |
---|---|---|---|
Austria | 0,37 mg/m³ (TWA) 0,74 mg/m³ short term | To be included | |
Belgium | 0,38 mg/m³ short term | To be included | |
Bulgaria | EU directive | To be included | |
Croatia | EU directive | Croatian reference | |
Czech Republic | EU directive | To be included | |
Cyprus | EU directive | To be included | |
Denmark | 0,37 mg/m³ (TWA) 0,74 mg/m³ short term | To be included | |
Estonia | 0,37 mg/m³ (TWA) 0,62mg/m³ (TWA) until 2024 in health care sectors | Estonian reference | |
Finland | 0,37 mg/m³ (TWA) 0,74 mg/m³ short term | To be includedFinish reference | |
France | 0,37 mg/m³ (TWA) 0,74 mg/m³ short term | To be included | |
Germany | 0,37 mg/m³ (TWA) 0,74 mg/m³ short term | German reference | |
Greece | EU directive | To be included | |
Hungary | 0,6 mg/m³ (TWA) 0,6 mg/m³ short term | Hungarian reference | |
Iceland | EU directive | To be included | |
Ireland | 0,37 mg/m³ (TWA) 0,738 mg/m³ short term | To be included | |
Italy | 0,37 mg/m³ (TWA) 0,74 mg/m³ short term | To be included | |
Latvia | 0,37 mg/m³ (TWA) 0,74 mg/m³ short term | To be included | |
Lithuania | EU directive | Lithuanian reference | |
Luxembourg | EU directive | To be included | |
Malta | EU directive | To be included | |
North Macedonia | 0,62 mg/m³ | Reference | |
The Netherlands | 0,15 mg/m³ (TWA) 0,5 mg/m³ short term | To be included | |
Norway | 0,37 mg/m³ (TWA) 0,74 mg/m³ Short term 1,2 mg/m³ Ceiling | Reference | |
Poland | 0,37 mg/m³ (TWA) 0,74 mg/m³ short term | To be includedReference | |
Portugal | EU directive | Portuguese reference | |
Romania | 0,37 mg/m³ (TWA) 0,74 mg/m³ short term | To be included | |
Serbia | - | To be included | |
Slovakia | EU directive | To be included | |
Slovenia | EU directive | Slovanian reference | |
Spain | 0,37 mg/m³ (TWA) 0,74 mg/m³ short term | Spanish reference | |
Sweden | 0,37 mg/m³ (TWA) 0,74 mg/m³ short term | Swedish reference | |
Turkey | - | To be included | |
This data was carefully collected. However, the data is subject to change and was last updated July 6, 2023 2:50 pm. |
Referenzi : NIOSH, cancer.gov, CDC, CCOHS